Wednesday, 5 February 2025

29

It-telefonata kienet waħda minn dawk li bħalha konna nirċievu ta’ sikwit: kollega minn sedqa, jaħdem fil-kamp tad-droga, ċempilli biex jgħidli li kien jaf raġel li kellu problema tax-xorb u xtaq jagħmel xi ħaġa fuqha. Ċempiltlu u ftehemna li kellu jiġi Dar iż-Żerniq, il-Furjana xi jumejn wara filgħaxija.

Dik il-ħabta ma kellniex domanda qawwija wisq għas-servizzi tagħna. Kien ilna sena li ftaħna Dar iż-Żerniq u l-programm residenzjali ftit li xejn kien qed jiġbed nies. Kontinwament bit-tensjoni tal-mannara mdendla fuq rasna: jekk ma kinux se jiżdiedu r-residenti l-programm kienu se jagħlquhulna. Għall-programm kommunitarju, li ma kienx jeħtieġ li dak li jkun isir resident, kellna talba kontinwa, anke jekk mhux li tista’ ssejħilha sfiqa. Imma kważi ħadd ma ried jidħol resident u l-ftit li kienu  jidħlu kienu jagħmlu hemm jekk mhux mill-Milied sa San Stiefnu, mill-Milied sal-Istrina, jew l-aktar l-aktar sat-Trere. Kull klijent ġdid konna nivvalutawh sew bit-tama li nsibu li kien se jkun addattat (u mixtieq) għall-programm residenzjali.

A. , minn daqshekk, kien ta’diżappunt. Il-personalità f’postha, pulit u edukat, familja li tidher stabbli minkejja li x-xorb tiegħu kiddha mhux ħażin, ma kellux problema fuq ix-xogħol minħabba l-alkoħol u kien lest li jipprova kulma nissuġġerulu. Deher li l-programm residenzjali ma kienx jgħodd għalih. Iddeċidejna li għall-inqas nibdew bil-programm kommunitarju, imbagħad jekk ma jirnexxix nikkunsidraw ir-residenza.

Ma kienx hemm wisq dubju li kellu problema ta’ dipendenza serja: jixrob kuljum, sa flixkun u nofs whisky, minkejja t-tgergir ma jaqta’ xejn tal-mara u r-reazzjoni tat-tfal li, b’imġibthom kienu juru lil missierhom li xejn ma kienu kuntenti bix-xorb tiegħu. Filgħaxija, kif imur lura d-dar kemxejn imxengel u lsienu tqil, u jsib atmosfera li xejn ma tilqgħu, bis-solennità kollha kien iwiegħed lilu nnifsu li l-alkoħol daqhekk miss ma xuftejh. U l-wegħda dejjem żammha...sa  nofsinhar tal-għada filgħodu. Imbagħad il-kilba li tiġi mid-drawwa, daqskemm mill-ħtieġa taċ-ċelloli tal-ġisem li jassorbu dik is-sustanza li kienet saret taħjihom u tirvinahom fl-istess ħin, kienet tiġbdu lejn il-ħanut biex ‘’nieħu tnejn u nitlaq’’ – u jibqa’ mwaħħal mas-siġġu sakemm ilegleg flixkun whisky f’sagħtejn u nofs.

Għax ix-xorb hekk għal min hu alkoħoliku: bexxaqlu l-bieb pulzier u jidħol bil-ħalel waqt grigalata. Tih nofs difer u jiblagħlek ġismek kollu –  u ruħek u moħħok ukoll.

Fil-għaxija, dritt mix-xogħol, is-seba’ visti: ħwienet, il-Każin tan-Nazzjonalisti, il-Każin tal-Labour (ix-xorb ma jagħrafx kuluri), il-Każin tal-Banda. Imbagħad, xħin l-istonku ma jkunx baqagħlu wisa’ għall-grokk ieħor, jerħilha lejn id-dar...

Fil-familja li trabba fiha x-xorb kien ta’ ġewwa: missieru u erbgħa minn ħutu s-subien kienu jixorbu bil-kbir; tnejn minnhom mietu minħabba l-effetti tal-alkoħol. Minn ċkunitu trabba bl-inbid. Meta ġie għandna għall-għajnuna kellu 56 sena - u kien ilu jixrob bil-goff aktar minn 30.

Kien t-tfal li kkonvinċewh ikellem lill-ħabib tagħhom li kien jaħdem sedqa. Aċċetta għax, fil-fond ta’ qalbu, ma setax jiżgiċċa l-verità li - la kien jibda u ma jieqaf b’xejn u diffiċli ħafna biex ma jibdiex avolja x-xorb kien qed jaqlagħlu l-inkwiet fil-familja  – kellu problema. U problema serja.

Beda jattendi l-laqgħat tagħna darbtejn, ġieli tlieta, fil-ġimgħa. Il-mara tiegħu li kienet ilha għaxriet tas-snin tbati minħabba x-xorb tiegħu -  u li sa membri tal-familja tiegħu stess kienu jħeġġuha biex titilqu – appoġġatu bis-sħiħ u kienet tmur miegħu għal-laqgħat kollha. Hi stess irrealizzat li dawn kien qed jgħinu liha wkoll biex tifhem li żewġha kien marid u li l-uniku “fejqan”kien li jitgħallem jgħix mingħajr xorb.

Għall-bidu A. kellu l-ħsieb li wara ftit jerġa jibda jixrob “bħan-nies”. It-terapisti u sħabu l-alkoħoliċi tal-grupp malajr fehmuh li min inħakem mill-alkoħoliżmu ma jista’ jixrob xejn.  Beda jara b’għajnejh dawk li webbsu rashom u ppruvaw jikkontrollaw daħlu f‘baħar ta’ inkwiet, u ġieli qabdu t-triq li wasslithom fil-qabar. U rrealizza li għalih mogħdija waħda kien hemm: dik li għal lum ma jixrobx. U għada jagħmel l-istess...

Minn dak il-jum li A. rifes l-għatba ta’ Dar iż-Żerniq għall-ewwel darba għaddew 26 sena. Ma missx qatra ma xufftejh. Inkwiet kellu – u serju: mard gravi ta’ membri tal-familja; attakk tal-qalb li kważi bagħtu għand il-Mulej u traġedja kerha li kexkxet lil Malta ħasdet il-ħajja ta’ membru ieħor tal-familja.Darba, waqt munemt ta’ tensjoni u dwejjaq minħabba waħda minn dawn is-sitwazzjonijiet, qabad it-triq lejn il-ħanut li bil-ħsieb li jmur jixrob, imma eżatt qabel wasal, irrealizza li bix-xorb ma kien se jsolvvi xejn – u dar lura. Dawk is-sigħat li qatta’ fil-grupp, jgħid tiegħu,  jisma’ u  jixtarr, servew biex daħħal f’moħħu l-idea li bix-xorb tkabbar il-problemi mhux issewwihom. U fil-mument tal-prova, l-għarfien jaf jisboq it-tentazzjoni.

Sal-biraħtlula stess attenda l-laqgħa tagħna l-Furjana. Meta tistaqsih għaliex, wara disgħa u għoxrin sena, għadu sal-lum jattendi, iwieġbek li jaf li jekk ma jfakkarx lilu u jsaħħaħx lilu nnifsu kapaċi jgħaxxaqha. Ra ħafna, li anke wara snin weqfin u b’ħajjithom għaddejja sew, bdew jaħsbu li kapaċi jfendu mingħar l-appoġġ u żgarraw. Fuq kollox, li tinvesti siegħa u nofs darba jew darbtejn fil-ġimgħa biex iżżomm ħajtek fis-sod, huwa sagrifiċċju żgħir.

Bil-waqfien mix-xorb A. kiseb ħafna – u ma jridx jarmih. Saħħtu, il-familja magħquda li tħobbu u tridu fejn qabel kienet tiskartah, ħbieb li jirrispettawh, l-opportunità li jgħin lil ħaddieħor bil-kelma u bl-eżempju – qed jgħix ħajja li sitta u għoxrin sena ilu lanqas biss kien jazzarda joħlom li għad ikollu. Martu, kwieta, umli, imma soda daqs l-azzar, għandha mertu kbir fil-kisbiet tiegħu. Flimkien għamlu vjaġġ minn post ta’  għawġ u tensjoni għal fejn qegħdin illum: kuntentissimi b’ħajjithom u  bl-għaqda ta’ bejniethom.

Mhux veru li min jitwieled tond ma jmutx kwadru. Bid-deċiżjoni u bl-appoġġ isiru l-bidliet profondi. Seħibna A. huwa xhieda qawwija ta’ dan.

 

Tuesday, 21 January 2025

The Noble Experiment

Try and envisage this scenario: Parliament enacts legislation prohibiting the manufacture, importation, sale and barter of all alcoholic drinks in Malta and Gozo with almost immediate effect. What would you think would happen? Civil strife instigated by the Paceville business community, perhaps? A sudden dramatic increase in demand for professional alcohol treatment services? A sizeable upsurge in the unemployment figures? Certainly life would be very different compared to what it is like today. Alcohol is so much part of us that to try and erase it from daily living in any Western country would be unthinkable, no?

Well not quite unthinkable.  That is precisely what happened in the United States of America just over a century ago. In January 1920 the American Constitution was amended in such a way as to render all transactions involving alcohol together with its manufacture illegal.

The reasons for Prohibition are easy to pinpoint: for decades, an anti-alcohol movement, known as the Temperance Movement had been growing from strength to strength as it appeared evident that alcohol consumption was associated with, nay, directly responsible for, much anti-social behaviour: drunkenness, neglect of families, murder, violence, absenteeism from work....you name it. This sort of behaviour flourished, according to the Temperance Movement - and few could have realistically contradicted it -  precisely because it was fuelled by the demon drink in those dens of iniquity known as saloons, with which many American towns were teeming.

Common sense and a growing body of what appeared to be scientific evidence pointed to the fact that the eradication of drinking would be accompanied by a dramatic decrease in social and human problems.

For thirteen long years, Prohibition ruled...at least on the legal level. In reality, probably because it was imposed on a nation which was never convinced of its validity, and, in any case, was not prepared to accept it, Prohibition did not meet its objectives. While alcohol consumption did fall dramatically, especially in the initial period, the problematic behaviour Prohibition was supposed to eradicate actually increased. Criminals organised themselves into efficient providers of the alcohol people were desperately seeking and prepared to pay good money for. The American Mafia was born at this time, and thrived on the strong demand for illegal alcohol Prohibition created. Because spirits are less bulky than beer, it was easier to smuggle and manufacture whisky and other spirits illegally, and former beer drinkers switched to sprits, thus probably consuming more alcohol. 

The whole atmosphere of illegality surrounding drinking bred violence (for example, among rival gangs vying for control of the industry), which resulted in a higher rate of murders than in the pre-Prohibition area. There was no official control of standards, and  the quality of alcohol drunk was in many cases abysmal, with people dying as a result.

By the early thirties, it was evident that the ‘noble experiment’ had failed miserably. Alcohol was simply too deeply-rooted in the national psyche for any attempt to force abstinence upon people to succeed. In all probability, the sceptical political class itself was not prepared to back the initiative the whole way by providing the necessary resources to enforce Prohibition, and to educate the public in the ways of abstinence. In December 1933, America heaved a collective sigh of relief and reached for a legal celebratory glass of champagne as the by then infamous legislation which had brought legal Prohibition into being was repealed.

Monday, 29 April 2024

L-Italja, Haiti u l-Patt Imxajtan.

Ħamsin sena ilu, it-Tazza tad-Dinja tal-futbol saret il-Ġermanja. Kienet l-edizzjoni li tibqa’ minquxa fl-imħuħ tad-dilettanti għaliex fiha stampaw  ruħhom  fil-memorjia ix-xbihat ta’ total football li kienet bellhitna bih l-Olanda. Qatt ma konna rajna qabel il-ballun jinlagħab b’tant  fluwidità, sens ta’ spazju, eleganza u aggressjoni. Anke jekk l-Olanda (inġustament, fil-fehma tiegħi) tilfet il-final mal-Ġermanja, wara dik l-edizzjoni tat-Tazza tad-Dinja, il-futbol ma baqax l-istess: elementi tas-sistema Olandiża infilsaw ruħhom fit-tattiċi u l-ideat tal-futbol ta’ ħafna timijiet,  Ewropej u mhumiex.

Imma, għadni nibda u diġà bdejt inħuf iżżejjed fl-isqaqien tal-memorja. Għalija u għal sħabi - kellna bejn wieħed u ieħor 19-il sena - kien żmien ta’ akkaniżmu bla tarf għat-timijiet “tagħna”: l-Italja, l-Ingilterra, il-Brażil u (għal xi ftit) il-Ġermanja tal-Punent. Konna lesti nagħmlu ħafna għalihom - u biex naraw l-avversarji batuti u umiljati.  Imma wieħed mill-akbar ħbieb tiegħi wasal - anke jekk biċ-ċajt - iktar ‘il bogħod minn fejn konna normalment naslu.

Waħda mil-logħbiet tal-ewwel round kienet Italja - Haiti, bit-Taljani (il-finalisti tal-edizzjoni ta’ qabel fil-Messiku) naturalment favoriti kbar għar-rebħa ma’ tim mingħajr l-ebda tradizzjoni fil-futbol dinji. Ma nafx jekk kinitx il-konnessjoni bejn Haiti u l-voodoo li kebbsitlu  l-ħsieb, imma dan l-imbierek ta’ ħabib tiegħi - iffissat fuq l-Ingliżi u, allura, ‘’għadu’’ maħluf tat-Taljani - ftit sigħat qabel il-logħba fettillu, biex jiċċajta, jibda jgħid “O Satana, noffrilek ruħi jekk jirbħu Haiti’’.

Fl-ewwel half is-superjorità tat-Taljani kienet ċara imma ma ħallietx frott. Minkejja players tal-kwalità ta’ Facchetti, Mazzola, Rivera u Riva, it-Taljani rmew iċ-ċansijiet li ħolqu u ma skorjaw l-ebda gowl. Anzi, kellu jkun il-goalkeeper Zoff li f’mument minnhom salvahom b’intervent pjuttost diffiċli u spettakolari wara xutt angolat minn barra l-kaxxa ta’ Vorbe.

Mal-ftuħ tat-tieni half il-gowl wasal... imma mhux fejn kien mistenni. Emmanuel Sanon, is-centre forward xellugi ta’ Haiti ġera għal pass fit-tul, antiċipa lil Luciano Spinosi, dar mal-goalkeeper Dino Zoff u ħawwel il-ballun fix-xibka. It-Taljani nfixlu, hekk kif it-tikira tal-umiljazzjoni mal-Korea ta’ Fuq ta’ tmien snin qabel bdiet tilgħab ma’ moħħhom.

U sieħbi? Kien qed jara kollox id-dar fuq it-TV abjad u iswed, jiċċelebra bi tbissima sodisfatta fuq wiċċu. Sanon kien tah ferħa kbira.

Imbagħad ftakar fil-wegħda li kien għamel.

It-tbissima għebet u l-ferħ inbidel f’ansjetà. Sieħbi raġel sewwa ħafna u lanqas qatt jgħaddilu minn moħħu li jidħol f’xi patt max-xitan biex jikseb xi ġid materjali. Kien jaf li dak li qal kien biċ-ċajt. Imma kien jaf ukoll li Satana , għalkemm rinomat għal ħafna kwalitajiet, mhux magħruf għas-sens ta’ umoriżmu.

Qalbu ttaqtaq kompla jara l-logħba, bla ma qal xejn lil ħadd. “Għall-ewwel u l-uniku darba f’għomri għamilt nofs logħba nżomm mat-Taljani - u nixtieqhom jirbħu’’, kien qalli meta ltqajna ftit jiem wara.

Għall-grazzja tal-ħanin Alla, wara xi seba’ minuti, Gianni Rivera ġab id-draw - u l-ansjetà tal-ħabib tiegħi battiet xi ftit, għalkemm il-biża’ li dak l-indemonjat ta’ Sanon, jew xi ħadd minn sħabu, jerġa jiskorja, hemm baqgħet. Imbagħad Romeo Benetti fajjar xutt minn barra l-kaxxa, il-ballun ħabat ma’ sieq difensur tal-Haiti, u għeleb lill-goalkeper.

Sieħbi ħa nifs ‘il ġewwa, imma ma kienx qabel is-79 minuta li seta’ jikkalma tista’ tgħid għal kollox. Pietro Anastasi, il-payer Taljan favorit tiegħi (u, għal ftit minuti, il-favorit anke ta’ sieħbi) li kien daħal minflok Giorgio Chinaglia, skorja t-tielet gowl u ssiġġilla r-rebħa Taljana, ferraħ miljuni ta’ Taljani u eżorċizza kważi kompletament l-inkwiet ta’ żagħżugħ bilqiegħda quddiem it-TV b’belt f’Malta. F’dawk iċ-ċirkostanzi Anastasi probabbli kien effettiv aktar milli kien ikun Patri Elija, Alla jaħfirlu.

It-Taljani dik il-partita rebħuha imma ma għalihom ma kinitx Tazza tad-Dinja feliċi. Kienu ġew draw mal-Arġentina u tilfu mal-Polonja, ir-rivelazzjoni ta’ dik l-edizzjoni u li kellhom jispiċċaw it-tielet. M’għaddewx għat-tieni round minħabba d-differenza fil-gowls.

Min-naħa tiegħu, Emmanuel Sanon mar tajjeb ħafna f’dik il-kompetizzjoni. Barra l-gowl memorabbli kontra l-Italja, kien skorja gowl ieħor fit-telfa kontra l-Arġentina (1-4). Fi kliem ieħor iż-żewġ gowlijiet ta’ Haiti f’dik it-Tazza tad-Dinja skurjahom hu. Wara mar jilgħab ma’ Beerschot fil-Belgju u anke rebaħ it-Tazza tal-Belġju magħhom. Wara li rtira taha għall-coaching u anke wasal biex imexxi t-team Nazzjonali Haitjan. Miet qasir il-għomor wara marda qerrieda.

Sieħbi baqa’ jħobb ħafna l-football , u minn dak iż-żmien sal-lum segwa eluf ta’ partiti fuq it-TV. Anke lit-Taljani rahom jilagħbu min jaf kemm-il darba, imma nqiegħed rasi taħt mannara li qatt aktar ma għaddielu l-iċken ħsieb li jagħmel xi wegħda oħra.

Wednesday, 10 April 2024

Sakranazz bir-Raġġiera?

Xi xhur ilu, f'dan il-blogg kont ktibt artikolett  fuq il-qaddisin patruni ta’ dawk li qed iħabbtu wiċċhom ma’ problemi ta’ dipendenza. Kien hemm min, bir-raġun, irrimarka li - fejn jidħol ix-xorb - minn dawk il-qaddisin li ssemmew, ma kienx hemm wieħed li hu wieħed li jista’ jitqies bħala ‘ta’ żmienna’.

Fil-fatt, fil-waqt li tassew ma naf bl-ebda qaddis kanonizzat ta’ dawn l-aħħar sekli li nistgħu ngħidu fiċ-ċert li kien alkoħoliku, jista’ jkun li fi żmien mhux daqshekk ’il bogħod ikollna qaddis li mingħajr ebda dubju kellu problema serjissima ta’ dipendenza mix-xorb u li miet inqas minn 100 sena ilu. Qed ngħid għal Matt Talbot.

Matt Talbot mhux xi isem li jidwi sikwit fil-kmamar isiru laqgħat bħal tagħna. Fl-aħħar mill-aħħar l-approċċ tagħna huwa sekulari, u ma tantx nidħlu la f’reliġjon u lanqas (b’xorti ħażina) fi spiritwalitá.  Lanqas fid-diskursati li jkollna mal-ħbieb tagħna ta’ l-Alkoħoliċi Anonimi, qatt ma naf li ssemma ismu. Imma fl-ambjenti tal-kura għall-alkoħoliżmu fl-Irlanda u fl-Amerika ta’ Fuq, l-iktar meta fost alkoħoliċi Kattoliċi Matt Talbot huwa magħruf mhux ħażin.

Matt Talbot twieled f’naħa mill-ifqar ta’ Dublin fl-1856. Missieru kien jixrob bil-goff u, anki minħabba f’hekk il-familja ta’ Matt kienet nieqsa minn ħafna affarijiet. Skola mar għal sena waħda biss, u ta’ 12-il sena beda jaħdem ġo fabbrika tal-birra. Beda jixrob il-fdalijiet mill-qiegħ tal-fliexken u ta’ sittax-il sena taha għall-wiski. Sakemm kellu 28 sena x-xorb ħakimlu ħajtu għal kollox: kien jonfoq kull ma kellu fuqu, u kien dejjem bid-dejn. Kellu jirhan il-ħwejjeġ u ż-żarbun. Ma kellu l-ebda interess jew passatemp, ħlief ix-xorb. Wara x-xogħol dritt għall-ħanut, u wara għad-dar imlaħlaħ, xurban jew fis-sakra. Biex jipprova jlaħħaq ma’ l-ispejjeż tax-xorb, għamel żmien jaħdem barrani ma’ tverna u kull ma kien jaqla’ kien jonfqu minnufih fix-xorb hemm stess. Meta ma jkollux flus, kien jittallab ix-xorb jew ifittex li ‘jirkeb’ lil xi ħadd. Taha għas-serq u darba seraq vjolin ta’ raġel għama.

M’hemmx fiex titfixkel: Matt Talbot kien alkoħoliku. Darba mar fil-ħanut tas-soltu u qagħad barra jistenna li sħabu joffrulu jixrob. Uħud minnhom ma tawx kasu, u l-oħrajn kemm sellmulu u baqgħu għaddejjin. Ħadha bi kbira ħafna, għax deherlu li hu dejjem kien jaħseb fihom meta kien ikollu l-flus. Telaq lura lejn id-dar imriegħex u b’qalbu maqsuma. Intebah kemm kemm ix-xorb kien jassru, u qatagħha li kien se jagħmel ‘il-Wegħda’. Il-‘Wegħda’ kienet kelma solenni li kienet tittieħed quddiem qassis li dak li jkun ma kienx bi ħsiebu jixrob. Ried jagħmel il-‘Wegħda’ għal għomru, imma l-qassis ipperswadieh jagħmilha għal 3 xhur.

Wara x-xogħol flok il-ħanut, beda jmur jimxi. Darba minnhom għadda minn ħdejn ħanut tax-xorb u r-riħa tal-birra ħawditu u tah attakk tal-lublieba. Daħal, imma min kien qiegħed iservi ma tax kasu. Għal darb’oħra ħassu umiljat, u bewweġ ’il barra u baqa’ sejjer dritt ġo knisja tal-Ġiżwiti, u għamel wegħda oħra miegħu innifsu – li ma jżommx aktar flus fuqu.

Beda jidħol fil-knejjes spiss, mhux tant biex jitlob imma biex jistrieħ għal kwiet waqt il-mixi. Imma bil-mod il-mod beda jitlob ’l Alla jgħinu. Biex jibqa’ sod u ma jerġax jaqa’ fix-xorb, iddeċieda li jibda jmur il-quddies kuljum u jitqarben. Fi kliem ieħor, intelaq f’idejn Setgħa Ogħla minnu. Kif għaddew it-3 xhur, tawwal il-wegħda b’6 xhur oħra u imbagħad Ta l-Kelma għal għomru.

Ħajtu nbidlet għal kollox...mhux biss qatt ma miss xorb imma beda jaħdem fuqu nnifsu, fuq il-livell spiritwali. Immudella ħajtu fuq l-eżempju tal-patrijiet Irlandiżi ta’ l-antik. Minbarra li kien jgħaddi ħin twil ħafna fit-talb u l-qari spiritwali ((kien irnexxielu jitgħallem jaqra meta kiber), kien jagħmel minn kollox biex jgħin lill-oħrajn. Dak li darba kien sakranazz, sar bniedem eżemplari, jaqdi dmiru b’tant kuxjenza li l-imgħallem tiegħu kien jiddeskrivieh bħala l-aqwa ħaddiem li kien hemm f’Dublin. Kien jinteressa ruħu fid-drittijiet tal-ħaddiema, u lil sħabu kien jgħinhom finanzjarjament. Anke l-ikel li kien jieħu miegħu fuq ix-xogħol ġieli tah lil sħabu.

Miet ta’ 69 sena b’attakk f’qalbu u ndifen f’qabar fqir. Fl-1975 il-Knisja ddikjaratu ‘Venerabbli’ , żewġ passi ‘l bogħod mill-Kanonizzazzjoni.

Ħajtu ispirat, u għadha tispira, lil ħafna alkoħoliċi li qegħdin jagħmlu li jistgħu biex jirbħu l-problemi tad-dipendenza. Illum eluf ta’ alkoħoliċi, l-aktar  fl-Istati Uniti u fil-Kanada, imorru l-‘Irtiri ta’ Matt Talbot’, immexxija minn qassisin u patrijiet - anke huma alkoħoliċi- jiex jimmeditaw fuq l-aspetti spiritwali tal-programm tal-waqfien mix-xorb. 120 sena ilu, Matt Talbot kien diġa għaraf li jekk trid toħroġ mill-problemi tax-xorb trid tibdel ħajtek mill-egħruq, trawwem valuri sodi, ma tibżax mis-sagrifiċċju u taħdem bis-sħiħ fuq l-aspetti spirtwali ta’ ħajtek.

Saturday, 8 April 2023

Il-gowl li kien...

Kważi sena ilu kont ktibt artiklu  fuq meta, fl-1 ta’ Ġunju 1967, il-Juventus, sewwasew fl-aħħar ġurnata tal-istaġun, kienu ħatfu l-league minn ħalq l-Inter. Dakinhar Il-Juventus għelbu lil Lazio f’Turin 2-1, u l-Inter, jew kif nippreferi nirreferi għalihom... 'dawk', b’għaġeb ta’ kulħadd, seħħilhom jitilfu kontra Mantova b’goal li llum anke l-filmat tiegħu ntilef, wara żball kbir tal-goalkeeper Giuliano Sarti.

Imma l-aktar mument kontroversjali tal-istaġun inzerta propju fl-aħħar ġurnata tal-ewwel round waqt Lazio-Juventus. Fil-klassifika, il-Juventus kienu punt taħt 'dawk' li kien imisshom, naturalment, home mal-Mantova. Il-Mantova (fil-lasta kien jilgħabilhom ċertu Dino Zoff) f’dak l-istaġun kellhom  rekord tassew straordinarju: minn 34 logħba kienu spiċċaw draw 22 darba. Avolja l-Inter kienu qegħdin jilagħbu f’darhom ħadd ma stagħġeb wisq meta l-logħba ntemmet 1-1. 

Il-Lazio ma kinux xi tim b’saħħtu, u filwaqt li l-kuntest kien il-league tas-Serie A fejn ‘’zero a zero’’ kienet il-frażi l-aktar li tidwi meta jkunu qegħdin jinqraw ir-riżultati (jew meta jkun ħin it-tbassir), Juventus, anke jekk barra minn darhom, deher li kellhom ċans ġmielu li jiksbu ż-żewġ punti. Kif spjegajt fl-artiklu l-ieħor dik is-sena l-Juventus, minkejja l-ideat sofistikati u ta’ qabel żmienhom tal-kowċ Heriberto Herrera  kienu meqjusa bħala tim tal-klassi tal-ħaddiema (“squadra operaia’’) imqabbla mal-Inter li kienu meqjusa parti mill-aristokrazija tal-logħba għax mhux biss kienu rebħu l-league tliet darbiet fl-erba’ snin ta’ qabel imma anke kienu rebħu ċ-Champions Cup fl-1964 u l-1965 u semi-finalisti fl-1966. 

F’din il-partita fl-iStadio Olimpico sa tmiem l-ewwel 45 minuta, ma kien hemm l-ebda gowl.  Tibda t-tieni taqsima u Virginio De Paoli - attakkant fl-ewwel staġun tiegħu mal-Juve wara erba’ snin ta’ suċċess ma’ Brescia - jixxuttja lejn il-lasta bix-xellug minn ġol-kaxxa ż-żgħira. Il-ballun għal kollox għeleb lill-goalkeeper imma wara ftit sekondi spiċċa f’idejh. De Paoli u l-Juventini l-oħra qrib il-lasta għollew idejhom b’sinjal ta’ ċelebrazzjoni. Id-difensuri ta’ Lazio dehru diżappuntati u rassenjati, imma b’għaġeb ta’ kulħadd, it-referee Bruno De Marchi ddeċieda li mhux goal. 

Irrabjati l-players tal-Juventus daru ma’ De Marchi u, skont ir-referree, wieħed minnhom ħaliflu fuq martu u uliedu li l-ballun kien daħal żgur. De Marchi baqa’ ma jridx jaf u l-logħba kompliet bl-iskor ta’ 0-0. De Marchi jgħid li wara ftit sar jaf li dak il-player Juventin la kien miżżewweġ u lanqas kellu tfal.

Minn fejn kien De Marchi kien konvint li l-ballun ħabat mal-mimduda.

Ma tantx dam konvint. Inqas minn sentejn qabel ir-Rai, fid-Domenica Sportiva, kienu intrudoċew il-moviola. U proprju l-ewwel episodju verament kontroversjali li l-moviola kien fliet u għarblet mill-qrib kien dan il-famuż goal li qatt ma ngħata ta’ Virginio De Paoli. Il-filmati wrew biċ-ċar li l-ballun kien daħal - u kif - u li De Marchi kien għamel żball madornali.

X’kien ġara eżatt? Żmien wara l-istess referee Bruno De Marchi kien spjega li x-xutt ta’ De Paoli kien ħabat mal-ħabel oħxon li jirfed ix-xibka. Bix-xita u s-silġ dak il-ħabel kien ibbies u sar qisu ħadid. Il-ballun inbeżaq ’il barra u spiċċa f’idejn il-goalkeeper ta’ Lazio. Ħafna minn dawk li kienu qegħdin jaraw il-logħba rrealizzaw x’kien ġara. Ir-reazzjoni tal-players tal-Lazio wriet li huma kienu ntebħu li l-gowl kien validu. De Marchi u l-linesman biss kienu raw ħażin.

Ittawlu waħda dan il-filmat - bl-abjad u l-iswed naturalment: CALCIO 22 GENNAIO 1967 IL GOAL FANTASMA DI DE PAOLI - YouTube

Minħabba li l-gowl ma kienx konvalidat, il-Juventus baqgħu punt wara l-'dawk' li għalhekk saru champions tax-xitwa. U dak il-punt seta’ kien deċiżiv. Il-Juventus kienu pprotestaw fuq li pprotestaw, imma, nauralment - u hekk għandu jkun - id-deċiżjoni tar-referee fuq gowl ma tistax titħassar jew tinbidel. Helenio Herrera, dak iż-żmien kowċ tal-Inter, kien gerger pubblikament li Juventus kienu qegħdin jesaġeraw bil-protesti tant li, skont hu, lill-Papa biss kien jonqoshom ikellmu. Naturalment, ma setax ikun jaf kemm kellna nisimgħu qrid u tinwiħ mill-Inter wara l-5 ta’ Mejju tal-2002 - u għadna nisimgħu sal-lum...

Minħabba dak li ġara fl-aħħar ġurnata tal-istaġun - jiġifieri r-rebħa drammatika u mhux mistennija tat-tlettax-il kampjonat - ma tantx tingħata importanza lil dan l-inċident. Trid tkun Lazio-Juve ta’ ċerta importanza, bħalma ħa tkun dik tal-lum, biex nofs tużżana kollox supporters li qabżu s-sittin sena u iktar jiftakru fih.

Saturday, 2 July 2022

Ġentili

Hemm min tinnutah għax storbjuż, jew għax kapaċi jsostni argument bil-qawwa u ma jħalli lil ħadd jgħaddiha lixxa jekk ikun żbalja. Hemm min tibqa’ tiftakru għax kelma l-istonku tiegħu ma jesagħhiex u li jidhirlu li għandu jgħid ilissnu dejjem, ikunu x’ikunu l-konsegwenzi.

Seħibna K. kien bil-maqlub ta’ dan kollu: kwiet, imma mhux ġwejjed, meqjus fi kliemu, jisma’ lil kulħadd u jixtarr dak li jkun intqal. Ma kienx jitkellem wisq, imma meta kien jiftaħ ħalqu, kulħadd kien jisma’ b’attenzjoni għax konna nafu li minn fommu kliem bis-sens biss joħroġ – u dejjem bil-ġentilezza. Fi kważi kwart ta’ seklu li kont ili nafu, tul il-mijiet ta’ laqgħat li attenda qatt, lanqas darba, ma niftakar li smajtu jgħolli leħnu. Anke meta ma konniex naqblu fuq kemm ilu wieqaf mill-alkoħol u l-argument bilkemm ma kienx jisħon - għax hu kien konvint li waqaf 20  sena ilu, u jien kont ngħidlu 18 - kien jirrita ruħu, imma ġentili kien u ġentili baqa’ anke f’dawk il-mumenti...

Tfaċċa l-ewwel darba fil-gruppi tagħna xi 25 sena ilu. Kien irrealizza waħdu li kellu problema serja tax-xorb, minħabba l-ammonti li kien jixrob, għax ma setax ma jixrobx u għax il-kontroll, anke fuq l-ammont li kien iniżżel kien ilu li ntilef. Tal-familja qatt ma gergrulu – wieħed mill-ftit ħafna - għax qatt ma dejjaqhom. Kwiet u ġentili meta ma jixrobx u, ħaġa tassew tal-għaġeb, kwiet u ġentili anke meta l-alkoħol jieħdu. Imma sens kellu, iktar minn biżżejjed, u fittex l-għajnuna. Kien jiġi l-gruppi u jitkellem fuq ħajtu fix-xorb b’onestà kbira, imma wara disa’ xhur għeb. Kont ċempiltlu u qalli li reġa’ beda jixrob u kien qiegħed isibha bi tqila biex ikompli jiġi. Dak iż-żmien ma rnexxilix nikkonvinċih jiġi lura.

Ma kinitx ħafifa għalih; l-alkoħoliżmu kien f’demmu, u minħabba x-xogħol tiegħu kien imdawwar bix-xorb tista’ tgħid kuljum. Imma reġa’ waqaf u rġajna rajnieh fil-grupp. Wara erba’ xhur reġa’ sparixxa – naturalment għax kien irkada.

Fl-aħħar kien ix-xorb stess li waqqfu, biex ngħid hekk.  Minħabba l-alkoħol, tant ħżienet il-kundizzjoni fiżika tiegħu li kellu jiddaħħal l-isptar. Tatu taqliba kbira bl-alluċinazzjonijiet b’kollox (delirium tremens) u matul il-lejl kellhom jorbtuh mas-sodda. Meta ġie f’tiegħu il-messaġġ tat-tobba kien aħrax, jaqta’ u bla kantunieri: “Jeħtieġ li tieqaf mix-xorb u mis-sigaretti...minnufih. Għal kollox. Ma tmiss xejn iktar kemm iddum ħaj’’.

Meta mar lura d-dar, ħabat se jaqta’ qalbu: li jieqaf mix-xorb biss kienet iebsa, imma mis-sigaretti wkoll, fl-istess ħin, dehret impossibbli. Min hu dipendenti bis-serjetà biss jista’ jifhem kemm hija wieqfa l-muntanja li jkollok tixxabbat magħha meta tipprova tieqaf. K. kellu tnejn ma’ xiex jiddendel. Kien inċert, mifxul u mbeżża’. Imbagħad ċempel it-telefon.

Kienet social worker minn sedqa. Kienu rreferewlha l-każ mill-isptar u kkuntattjatu biex jiltaqgħu. Għamlitlu l-qalb u wrietu li għalkemm iebsa, ma kienx impossibbli li jagħmel dak li rrikkmandawlu t-tobba jekk kien lest li jipprova bis-serjetà. Baqgħet tarah regolarment u tatu l-appoġġ kollu meħtieġ. Fuq kollox, ħeġġitu biex jerġa’ jibda jattendi l-gruppi.

Did-darba l-esperjenza kerha li għadda xprunatu biex jieħu l-kura għall-alkoħoliżmu b’serjetá kbira: kien jaf li kien hemm ħajtu fin-nofs. Fil-gruppi minn dejjem kien jagħti kontribut siewi; issa sar aktar ħerqan biex jesprimi ħsibijietu biex juri lill-oħrajn l-importanza li jkun moħħhom hemm u jżommu ‘l bogħod mill-ewwel boqqa alkoħol. Stajt tinduna li, bħal kull min jieħu l-kura u l-gruppi bis-serjetà, bi kliemu kien qed jipprova jsaħħaħ ir-rieda tiegħu stess.

M’hemmx dubju li rnexxielu. Jekk kinux 18-il sena jew 20 mhux importanti wisq. Li jgħodd hu li minn dakinhar li daħal l-isptar sa dak in-nhar li l-Mulej sejjaħlu ma messx qatra alkoħol ma’ ħalqu u, minħabba f’hekk seta’ jaħdem fuqu nnifsu u jirranġa ħajtu, jagħti aktar ħin u attenzjoni lill-familja – u jkun fi stat fejn moħħu jkun ċar il-ġurnata kollha.

Mas-snin tgħallimna li, fil-qasam tad-dipendenza, forsi l-ikbar prova li l-kura u r-riabilitazzjoni qed jagħtu l-frott, hija li dak li jkun ikun kuntent li mhux qed jixrob, u sodisfatt bil-ħajja li qed jgħix. Mhux ħieles mill-problemi – dak qatt ma jista’ jkun – imma moħħu mistrieħ li jinqala’ x’jinqala’ se jkun jista’ jiffaċċjah moħħu frisk u bl-enerġija kollha li għandu. K. kien sodisfatt ħafna bil-ħajja bla xorb; kien jgħidha, jtenniha u jagħmel minn kollox biex iħajjar lil sħabu jilħqu dak l-istat u jissaħħu fih.

Bħal kull min ir-riabilitazzjoni tħalli fuqu effett pożittiv, K. kien grat ħafna għal dak li kiseb bil-waqfien mix-xorb. Lis-social worker li appoġġjatu f’mument kruċjali u għenitu  jaqbad it-triq li wasslitu biex isisb tarf tal-problema tax-xorb baqa’ jsemmiha sal-aħħar gruppi li attenda.

Anke l-marda li ġiet fuqu xi seba’ snin ilu qatt ma wasslitu għad-disprament. Ħolqitlu diffikultajiet kbar f’saħħtu, imma ffaċċja kollox b’kuraġġ u determinazzjoni. Fl-aħħar mill-aħħar ħaditlu ħajtu, imma kien seren għax kien jaf li kulma ma seta’ jagħmel kien għamlu. Il-familja tiegħu appoġġjawh u daru miegħu b’mod eżemplari.

K. kien maħbub u rrispettat ħafna minn sħabu tal-grupp tal-alkoħol. Ma stajtx ma tħobbux. Bil-ġentilezza tiegħu kien jasal biex jikkonvinċi aktar minn dawk mimlijin ħrara li kultant kienu jħallu l-entużjażmu jiġri bihom. Bħal ħafna, dam jikkumbatti sakemm waqaf mix-xorb, imma imbagħad waqaf, baqa’ wieqaf u għex ħajja sħiħa, iddedikata lill-familja, mingħajr qatt ma naqas li jipprova jagħti daqqa t’id lil min kellu l-istess problema.

Dawk li kienu jafuh setgħu jgawduh fl-aqwa tal-ġentilezza tiegħu mingħajr xorb għal żmien twil: 18-il sena sħaħ. Jew forsi 20.


Thursday, 12 May 2022

Friends in High Places

(This article was written for publication in a sedqa in-house magazine more than 15 years ago)

Browsing the Net the other day, I stumbled across a curious fact.  Drug addiction, alcoholism and compulsive gambling all have at least one patron saint. In fact, there are at least seven saints who, according to traditional Catholic belief, are considered as special protectors to those afflicted with these conditions.

The patronage of Saints has been a Catholic tradition for many centuries.  Catholics have always believed that praying to Saints facilitated the journey of that supplication heavenwards, and increased the chances of it being granted. They often choose to invoke a Saint who is somehow associated (sometimes tenuously so) with whatever problem they happen to be contending with. The reasoning seems to be that a saint who has actually had personal earthly experience of whatever the individual was praying for is more likely to lend a sympathetic ear, and will therefore relay that particular request to the Lord with greater urgency. Such a saint can be counted upon to follow up the supplication more diligently than just any other saint.

While drug addicts and compulsive gamblers can rely on one particular patron saint each, alcoholics appear to be spoilt for choice. No less than five fully canonised individuals are regarded as special protectors of problem drinkers. However, on closer inspection, a couple would appear to have suspect credentials. St. Urban of Langres, for example, having once taken refuge in a vineyard when trying to elude his persecutors, is actually the patron saint of vintners, and (presumably) by association, of the whole Alcohol Industry.  We should think twice about invoking his aid in matters of alcohol policy. It would not do to take him into our confidence, disclose all our plans and strategies, asking for enlightenment and help...and then finding out he’s a secret sympathiser of the Alcohol Industry - if not its paid agent. 

St. Martin of Tours was the first non-martyr to have achieved official sainthood. He is considered to be the protector of various human activities and afflictions apart from alcoholism and reformed alcoholics. I have not been able to find out how his connection with alcohol came about, but since, like Saint Urban, the protection of vintners and wine-makers is included in his portfolio, we should perhaps seek the assistance of others, whose allegiance to our cause is less ambiguous.

Saint John of God, a remarkable man who actually spent some time in a lunatic asylum, and later devoted his energies to tending the poor and the sick, is also considered to be a special protector of alcoholics. It is not clear why, but it is known that prior to his conversion, he was quite a wild character, and may have actually like to indulge in the fruit of the grape. St. John of God is also the patron of mental illness: perhaps we should consider dedicating our Dual Diagnosis unit, if and when it ever about, to him. Also, when problems arise with the Psychiatric Services St. John could be an important ally. 

The list of protectors includes none other than St. Matthias, the man who replaced Judas Iscariot as an apostle, after the latter’s unfortunate accident with rope and tree. Again, why Saint Matthias who was stoned to death in 80 A.D., should become the protector of incontinent imbibers is not limpidly clear. However, a favourite theme in his preaching was the need for mortifying the body and resisting sensual urges, so perhaps there the connection lies. 

So far, not one of the ones listed so far can be said with certainty to have experienced problem drinking directly. But with Saint Monica, the mother of St. Augustine, the link with alcoholism is as clear as it can possibly get, for she was a reformed alcoholic herself. But, there are other aspects of her life which make her someone we could feel comfortable turning to in times of need. With dogged determination she pursued the task of converting her son for no less than seventeen years, until he achieved insight and changed. This is nothing if not inspirational to those, like us, whose work often involves the same sort of initially fruitless endeavours. 

The protector of compulsive gamblers is St. Bernardino of Siena, a Franciscan friar who went from town to Renaissance town preaching against malicious gossip and discord, often prevailing upon his listeners to forget their disputes and make up with their enemies. One of the evils he often railed against was gambling...which explains the subsequent popular devotion to him as patron of those who had this problem. 

Possibly the best known in the list to twenty-first century Christians is the protector of drug addicts, Saint Maximilian Kolbe. In Auschwitz Concentration Camp, he offered to take the place of a man condemned to die of starvation and managed to survive for 14 days, ministering to his nine other dying companions. The Nazis then finished him off with an injection of phenol - hence the connection with intravenous drug use. 

So, whenever, during our work, we feel in a spot tight enough to warrant celestial intervention, there is enough protection we can call upon. Even in this world of addiction work, where humanist values prevail, and where therapeutic approaches are as secularised as they can possibly be, the patronage of no less than seven saints is a precious resource we would perhaps do well to utilise. 

Of course, the above seven heaven-dwellers are deemed to be the protectors of our clients, rather than of those of us who toil to help them. In other words, there is no canonised lady or gentleman who has been assigned the specific duty of watching over you and me. It is a deficiency which, given the sometimes arduous tasks we have to carry out, should cause some concern. But rather than just worry, dear reader, you should realise that if you generally love God and neighbour, carry out your duties diligently and uncomplainingly, forgive all those who frustrate you, and suffer gladly even those colleagues who inflict upon you articles like this one, you could one day be declared the patron saint of addiction workers.

 

29

It-telefonata kienet waħda minn dawk li bħalha konna nirċievu ta’ sikwit: kollega minn sedqa , jaħdem fil-kamp tad-droga, ċempilli biex jgħi...